Illum, 2 ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra l-bidu tar-Randan Imqaddes b’quddiesa bir-rit tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Il-mexxejja ta’ pajjiżna u l-Insara huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni u biex jingħaqdu mas-sejħa li għamel il-Papa Franġisku sabiex l-Erbgħa tal-Rmied ikun jum ta’ talb u sawm għall-paċi u għat-tmiem tal-gwerra fl-Ukrajna. Il-komunità Ukrena f’Malta hija wkoll mistiedna.

Il‑quddiesa tibda fid‑9:30am u tixxandar live fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Agħfas hawn biex tgħin lill-poplu Ukren.