Wara s-suċċess tal-kampanja tas-sena l-oħra organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija b’riżq il-Preventive Care Unit, il-kumitat iddeċieda li din is-sena terġa’ tiġi organizzata kampanja oħra għal dan il-għan. Il-Programm għal Kura Preventiva jgħin lil familji fil-bżonn. L-għajnuna dejjem tvarja skont il-ħtiġijiet ta’ kull familja. Uħud ikollhom bżonn li tingħatalhom xirja, uħud ikollhom bżonn ħwejjeġ, filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn biss counselling dwar kif il-ġenituri flimkien jistgħu jgħixu aħjar il-ħajja bejniethom u ma’ uliedhom. L-għan tal-Preventive Care Programme huwa li flimkien mal-familji konċernati, jinħoloq ambjent xieraq fejn it-tfal jinżammu mal-familji tagħhom u mhux jitpoġġew f’xi waħda mid-djar tal-Knisja.

Il-kampanja hija mifruxa fuq jumejn. Matul il-jumejn tal-kampanja jinbiegħu meraq tal-larinġ frisk magħsur dak il-ħin stess, doughnuts u kejkijiet bi prezz baxx. Dawn kollha ġew mogħtijin lilna minn diversi ħwienet f’Malta u Għawdex. Ser jinġabru donazzjonijiet f’bottijiet li jkunu qed iduru bihom l-istudenti tagħna mal-Università.

Radju RTK se jagħmel diversi kollegamenti matul il-kampanja. Minbarra dan offrielna wkoll il-linji tat-telefon tiegħu biex dawk li jkunu qegħdin jisimgħu u jixtiequ jagħtu xi donazzjoni mid-dar tagħhom jistgħu jagħmlu dan ukoll. In-numri huma:

51602040 għal donazzjoni ta’ 10;

51702041 għal donazzjoni ta’ € 15;

51802042 għal donazzjoni ta’ 25.

Min jixtieq jagħti donazzjoni ta’ € 7 b’SMS jista’ jagħmel dan billi jibgħat SMS fuq in-numru 50618921.