L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Denis Schembri bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa.

Dun Denis twieled fl-1951 u trabba f’San Ġiljan. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, Gżira, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Denis ġie ordnat saċerdot fl-1979 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa tal-Isla. Huwa serva wkoll bħala viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u bħala rettur tal-knisja tal-Ibraġġ u dik ta’ Pembroke. Bejn l-1992 u l-2012 serva bħala kappillan f’Turin l-Italja.

Il-parroċċa tal-Imtarfa tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’730 familja.