Għas-sena akkademika 2023-2024, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri 10 boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l‑istudji tat‑teoloġija, l-etika u l-pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija.
Se jitqassmu boroż skont dawn il-kriterji:
- €400 għal min japplika għaċ-Ċertifikat fil-Ħarsien tat-Tfal u Żgħażagħ
- €800 għal min japplika għad-Diploma fl-Apprezzament tal-Patrimonju Ekkleżjastiku, jew fl-Istudji Reliġjużi
- €2,000 għal min japplika għall-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija, jew fl-Istudji tal-Iskrittura
- €2,000 għal min japplika għall-Master fl-Arti f’wieħed minn dawn l-oqsma: Akkumpanjament Spiritwali, Bioetika, Etika tal-Business, Etika Ambjentali, Spiritwalità, jew Tmexxija tal-Iskejjel tal-Knisja.
Il‑Fakultà tat‑Teoloġija tħabbar li f’Ottubru li ġej se tniedi kors ġdid ta’ Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fl-Istudji tal-Iskrittura, Ii se jkun fuq bażi part‑time (filgħaxija).
L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fit-2 ta’ Ottubru 2023. Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jinkisbu minn www.um.edu.mt/theology/courses.