L-applikazzjonijiet għall-programmi tal-leaders li se jibdew f’Ottubru issa huma miftuħin. L-istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, is-Segretarjat tal-Katekeżi, Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u il-Fakultà tat-Teoloġija ħadmu flimkien sabiex jippreparaw żewġ korsijiet ta’ Formazzjoni għall-Mexxeja taż-Żgħażagħ. It-tnejn li huma, huma rikonoxxuti u akkreditati mill-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta.

Iċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Għolja jinkludi 112 siegħa ta’ lezzjonijiet li jinkludu suġġetti bħal Spiritwalità, Etika u Psikoloġija. Dan huwa kors uniku li jgħin lill-leaders jirriflettu fuq il-missjoni tagħhom filwaqt li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ oħrajn bħalhom. Dan il-kors isir bil-Malti.

Il-Masters fil-Youth Ministry huwa programm professjonali ddisinjat għal dawk li huma msejħin mhux biss iservu liż-żgħażagħ, imma lill-mexxeja tagħhom ukoll. Dan il-kors jirrispondi għal bżonn ġdid fil-knsija żgħażugħa, kemm fil-parroċċi kif ukoll movimenti. Il-Masters joħloq bilanċ bejn diskussjoni teoretika u ħidma konkreta.

Iż-żewġ korsijiet huma investiment fl-aktar riżorsa importanti fil-knisja żagħżugħa – il-mexxeja taż-żgħażagħ. Għal aktar dettalji, jekk jgħoġbok ikkuntattjana fuq info@kdż.org.mt