Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jixtieq jinforma lill-pubbliku, li fiċ-ċirkustanzi preżenti li huma bla preċedent, is-Sixth Forms tal-Kulleġġ De La Salle u tal-Kulleġġ San Alwiġi ser ikomplu d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-Matsec.
Ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi, ir-reviżjoni tal-kriterji għad-dħul fiż-żewġ kulleġġi għas-sena sena akkademika li tibda f’Settembru 2020, tiġi determinta u ppublikata mill-Kulleġġi rispettivament.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jagħti ż-żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti b’mod validu u ġust fl-aħjar interess ta’ kulħadd.