Il-Kummissjoni li l-Papa Benedittu XVI waqqaf fl-2007 biex tistudja l-kwistjonijiet ewlenin quddiem il-Knisja fiċ-Ċina, se tkun qed tiltaqa’ dil-ġimgħa fil-Vatikan. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar li l-Kummissjoni se tkun qed tiltaqa’ fuq firxa ta’ tliet ijiem.
Il-komunikat spjega li l-Kummissjoni hi magħmula mill-kapijiet tad-dekasteri tal-Kurja ta’ Ruma li għandhom kompetenza f’das-settur, flimkien ma’ rappreżentanti tal-episkopat Ċiniż u kongregazzjonijiet reliġjużi Ċiniżi.
Din se tkun ir-raba’ laqgħa tal-Kummissjoni. L-ewwel laqgħa saret bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu 2008 u kienet trattat l-ittra tal-Papa indirizzata lill-Kattoliċi Ċiniżi datata s-27 ta’ Mejju 2007. Iż-żewġ laqgħat li segwew bejn it-30 ta’ Marzu u l-1 t’April 2009 u bejn it-22 u l-24 ta’ Marzu 2010. Dawn il-laqgħat eżaminaw “il-formazzjoni umana, intellettwali, spiritwali u pastorali tas-seminaristi u l-persuni fil-ħajja kkonsagrata u anki l-formazzjoni permanenti tas-saċerdoti”.
Irrappurtat li s-sessjoni plenarja ta’ dil-ġimgħa “se tikkonsidra s-sitwazzjoni pastoral ital-amministrazzjonijiet ekkleżjastiċi fiċ-Ċina, b’referenza partikolari għall-isfidi li l-Knisja tiffaċċja waqt l-evanġelizzazzjoni fil-kundizzjonijiet soċjali u kulturali attwali”.