Il-qdusija tieghu l-Papa Benedittu XVI ser izur Malta fis-17 u t-18 ta’ April, 2010. Bhala parti mil-attivitajiet li ser jigu organizzati matul din iz-zjara, ser ikun hemm celebrazzjoni specjali ghaz-zghazagh fuq il-Valletta Waterfront li qed tigi organizzata nhar il-Hadd 18 t’April, 2010. Dhul ghal din l-attivita’ ser ikun bir-registrazzjoni li ser tigi mnedijja dalwaqt fuq il-website www.kdz.org.mt. Iz-Zghazagh huma mhegga li jattendu bi hgarhom u biex ikunu parti minn din l-attivita. Il-bibien ser jifthu fis-1pm, fil-waqt lic-celebrazzjoni ser tibda fis-2pm li ser tilhaq il-qofol taghha bil-wasla tal-Papa fil-5:15p.m. Il-laqgha mal-Papa ser iddum siegha. Wara ser jitkompla l-kuncert ghal-siegha ohra.
Bhala KDZ qed nistiednu Christian Bands, kantanti u zeffiena biex jippartecipaw f’din l-attivita. Dawk kollha li jixtiequ jippartecipaw huma mhegga jaqraw il-Guidelines u jimlew l-applikazzjoni li tista tigi downloaded mil-website tal-KDZ: www.kdz.org.mt
Nixtiequ nigbdu l-attenzjoni li hemm Guidelines u Applikazzjonijiet differenti ghal [Christian Bands] u ghal [Kantanti/zeffiena]. Hu important li l-applikazzjonijiet jaslu l-ufficju tal-KDZ sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Frar, 2010.
Agħfas hawn biex tniżżel: Linji gwida għall-bands
Agħfas hawn biex tniżżel: Linji gwida għall-kantanti u żeffiena
Agħfas hawn biex tniżżel: Applikazzjonijiet għall-bands
Agħfas hawn biex tniżżel: Applikazzjonijiet għall-kantanti u żeffiena
Agħfas hawn biex tniżżel: Applikazzjonijiet għall-membri tal-Kor
Agħfas hawn biex tniżżel: Linji Gwida għall-Koristi