Theology of the Body

Kungress dwar it-Teoloġija tal-Ġisem qed jiġi offrut online madwar id-dinja wara li r-reġistrazzjoni għalih fejn kien pjanat li jsir, ingħalqet.

L-Istitut għat-Teoloġija tal-Ġisem qed iżomm l-ewwel Kungress Nazzjonali bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar qrib Philadelphia, kungress li qed jattira numru ta’ kelliema sabiex jagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom u jmexxu workshops fuq is-suġġett minn diversi perspettivi: il-ministeru pastorali, il-katekeżi u l-evanġelizzazzjoni, il-filosofija u t-teoloġija, kif ukoll iż-żwieġ u l-familja.

Il-kelliema jinkludu lill-kardinal Justin Rigali ta’ Philadelphia; Helen Alvaré, professur tal-liġi u konsulent għall-Kunsill Pontifiċju tal-lajċi.

Maria Stumpf, direttur tal-operat u l-programmi tal-Istitut qalet li r-reġistrazzjoni għall-Kungress għalqet malajr. Kien irrappurtat li se jattendu mal-450 persuna minn għaxar pajjiżi. Dawn jinkludu 42 saċerdot, 16-il soru u 5 djakni.

Wara li għalqet ir-reġistrazzjoni kien deċiż li indirizzi li se jsiru mill-kelliema kif ukoll preżentazzjonijiet magħżula se jkunu aċċessibbli online għal dawk li ma jistgħux jattendu għall-Kungress madwar id-dinja.