Illum l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, saret preżentazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof, tad-donazzjonijiet miġbura minn Radju RTK waqt żewġ kampanji ta’ ġbir ta’ fondi, bħala parti mill-inizjattiva ‘RTK 4 Charity’. L-entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi huma: id-Dar tal-Providenza, id-Dar tal-Kleru, l-Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal, il-Kummissjoni Emigranti u Familji fil-Bżonn Għawdex. Huma rċievew bejniethom is-somma ta’ €860,000, bl-akbar benefiċjarju jkun id-Dar tal-Providenza.

[vimeo]http://vimeo.com/54014725[/vimeo]

Id-donazzjonijiet gew ippreżentati mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li fil-messaġġ tiegħu qal li permezz ta’ dawn l-entitajiet il-Knisja qegħda tgħin lill-kategoriji differenti tas-soċjeta, li huma l-persuni b’diżabilita, is-saċerdoti anzjani, it-tfal, il-familji fil-bżonn u dawk li qed ifittxu kenn f’pajjizna.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]