Rimsha Masih

The Islamabad High Court ordered police to dismiss blasphemy charges against a Christian Pakistani girl whose arrest and detention drew international condemnation. The ruling from

Il-Qorti Għolja ta’ Islamabad fil-Pakistan ordnat lill-pulizija sabiex iwaqqgħu akkużi ta’ żeblih lill-Koran, liema akkużi saru fil-konfront ta’ tfajla Pakistana nisranija li l-arrest tagħha attirat kundanna internazzjonali. Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef kienet li ma nstabet l-ebda evidenza li t-tfajla Rimsha Masih ħarqet xi paġni mill-Quran. L-aġenzija tal-aħbarijiet Pakistan’s Dawn irrappurtat li l-Qorti xejnet il-każ u ddikjarat lit-tfajla innoċenti. Dan kien ikkonfermat f’kummenti lil Aġenzija France-Presse mill-avukat tat-tfajla.

Rimsha kienet arrestata mill-pulizija wara li ġara tal-familja tagħha irrappurtata u allegat li kienet ħarqet xi paġni mill-Quran. Irriżulta pero li imam għamel dan u xeħet il-paġni evidentement maħruqa fil-basket li kellha t-tifla. L-istess imam qed jiffaċċja akkużi kontrieh f’dan ir-rigward.

Il-ġenituri tat-tfajla qalu li għandha 11-il sena u li għandha down-syndrome.