Nhar is-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma’ numru ta’ terapisti (physiotherapists, speech therapists u occupational therapists). Il-laqgħa saret fis-Seminarju, Tal-Virtù. Din kienet waħda minn sensiela ta’ laqgħat organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi tal-Knisja f’Malta, fejn l-Arċisqof qiegħed jisma minn għand professjonisti minn setturi differenti dwar jekk it-twemmin nisrani jkunx ta’ għajnuna fil-qadi ta’ dmirijiethom u jekk jagħmilx differenza fit-twettiq tal-vokazzjoni tagħhom. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof qal li kull professjonista għandu l-ewwel u qabel kollox iżomm il-persuna fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu, aktar milli l-problema li din tkun għaddejja minnha. Matul il-laqgħa saru diversi suġġerimenti dwar kif il-Knisja tista’ tkompli taqdi l-missjoni tagġha fis-soċjeta tallum.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]