llum huwa l-jum dinji ddedikat għall-marda tal-malarja. Dimostranti madwar id-dinja qed jinqdew b’din l-okkażjoni sabiex jappellaw għal 3.2 biljun dollaru bil-għan li jaslu finalment li jilħqu l-mira tal-Ġnus Maqgħuda u jeliminaw kważi għal kollox l-imwiet mill-marda tal-malarja sal-2015. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, sar progress sostanzjali fit-tnaqqis mill-imwiet ikkawżati mill-malarja, marda li bidet mill-gdiem ta’ inset. Dan permezz ta’ xbieki madwar is-sodda waqt l-irqad, permezz ta’ spray u sustanzi oħra li joqtlu l-insetti.
Lydia O’Kane tkellmet ma’ Felicia Price, konsulenta fil-qasam tekniku tas-settur tas-saħħa u l-HIV fi ħdan Christian Aid, li enfasizzat l-importanza tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-marda. Meta intalbet kummenti dwar ix-xbieki trattati b’sustanza insettiċida, l-istess esperta qalet li “naħseb li hemm ħafna x’wieħed isemmi dwar dawn ix-xbieki. L-iktar ħaġa importanti hi l-edukazzjoni, u allura ejja nagħmlu ħilitna biex nassiguraw li n-nies qiegħda tifhem għaliex qed jintużaw ix-xbieki.”
Price temmet tgħid li ta’ għajnuna fit-twassil ta’ dan il-messaġġ dwar ix-xbieki, kienet ir-relazzjoni u l-ħidma ta’ Christian Aid ma’ mexxejja nsara.