Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tigi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem), l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-ħaddiema li jaħdmu fid-djar tal-anżjani tal-Knisja nhar il-Erbgħa 25 ta’ April 2012. Din iż-żjara saret fir-residenza għall-anżjani ‘Casa Leone’ f’San Ġiljan. Din il-kategorija ta’ ħaddiema ntagħżlet fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lill-Anzjanità Attiva u s-Solidarjeta bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Agħfas fuq il-YouTube link biex tara l-messaġġ tal-Arċisqof għal din l-okkażjoni, waqt il-programm ‘Sellili’ fuq TVM.