• San Luqa 6:20-26

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:

    “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla.

    Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.

    Henjin intom li għalissa tibkbu, għax għad tithennew.

    Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.

    Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.

    Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ.

    Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewħu u tibku.

    Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!”

    Qaddis tal-jum: San Ġwann Krisostmu