• San Ġwann 16:16-20
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    Ftit ieħor u ma tarawnix aktar;
    mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.”
    Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom:
    “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar;
    mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,
    ‘ u li ‘Jiena sejjer għand il-Missier’?”
    Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid?
    Ma nafux xi jrid jgħid!” Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh.
    Għalhekk qalilhom: “Qegħdin tistaqsu lil xulxin fuq dak li għedt,
    ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar;
    mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni’?
    Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu,
    iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket,
    imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena.
    Qaddis tal-jum: San Ilarju ta’ Arles