Luqa 22,14-23,56

Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien ma’ l-appostli. U Ġesù qalilhom: “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla ta’ l-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla.” U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: “Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom. Għaliex, ngħidilkom, minn issa  ‘l quddiem ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta’ Alla.” Mbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: “Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b’demmi, id-demm li jixxerred għalikom. Imma, araw, id dak li se jittradini qiegħda miegħi fuq il-mejda. Għax tassew li Bin il-bniedem imur, kif hemm maqtugħ, imma ħażin għalih dak il-bniedem li jittradih?” Huma għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin min minnhom kien se jagħmel dan. Imma kif kien hemm bilqiegħda maġenb in-nar, ratu waħda qaddejja, waħħlet għajnejha fuqu u qalet: “Dan ukoll kien miegħu?