L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Sandro Overend Rigillo OFM għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.
L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni afdata lilu.