L-Isqfijiet tal-gżejjer Maltin bħala rikonoxximent lill-Papa, taż-Żjara f’Malta, se jagħtuh skultura ta’ Krisut Re’. Din l-iskultura ġiet maħduma mill-artist Malti ta’ fama internazzjonali, Antonio Sciortino. L-iskultura oriġinali ġiet inawgurata matul l-Kungress Ewkartistiku li seħħ f’Malta fis-sena 1913.
L-iskultura se tiġi ippreżentata mill-Isqfijiet f’isem il-poplu Malti kollu. Christopher Ebejer ġie inkarigat biex jaħdem l-abboz fit-tafal, filwat li Laga Ltd. joħorġu l-iskultura finali fil-fidda.
It-tul tal-istatwa huwa ta’ 16-il pulzier u se tiġi ippreżentata matul il-Quddies tal-Ħadd, 18 ta’ April, filgħodu, fuq il-Fosos tal-Furjana.
Ritratt: Photocity