Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex nixtiequ nuru s-sentimenti tagħna ta’ dispjaċir u solidarjeta’ mal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika u l-familja tiegħu.

Nilqugħ lura f’Art twelidna waqt li nħeġġu lill-poplu ta’ dawn il-gżejjjer jingħaqdu magħna fit-talb tagħna lill-Mulej għall-fejqan ta’ malajr tal-Eċċellenza Tiegħu.

+ Pawlu Cremona O.P.

Arċisqof ta’ Malta

+ Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex

+ Annetto Depasquale

Locum Tenens