missionary work

Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal iktar “entużjażmu missjunarju”. L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel fi tmiem kull xahar l-intenzjonijiet tal-Papa għax-xahar li jkun imiss. Għal dan ix-xahar ta’ Mejju qalet li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa se tkun iffukata fuq il-waqfien tal-kummerċ sfrenat tal-persuni, li sfortunatament jinvolvi miljuni ta’ nisa u tfal madwar id-dinja kollha.

Bħala intenzjoni appostolika, il-Papa f’Mejju qed jitlob sabiex “il-ministri ta’ Kristu, ir-reliġjużi nisa u rġiel u l-lajċi involuti fil-ħidma appostolika, jifhmu iktar kif iżidu l-entużjażmu missjunarju tagħhom fil-komunitajiet afdati fil-kura tagħhom.