Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, Mon s Rino Fisichella, qal li l-Knisja ma titfissirx sempliċiment f’azzjonijiet ta’ natura politika, jew f’dak imfisser fil-kultura tal-Punent. Waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb miktub mill-kummentatur politiku Massimo Franco li jġib it-titlu ‘C’era una volta un Vaticano’, Mons Fisichella qal li ma jħaddanx l-istess opinjoni espressa fil-ktieb għax fi kliemu, hi “aspett politiku”. Żied li dak li stqarr Papa Ġwanni XXIII fi ftuħ il-Konċilju Vatikan II hu wkoll validu għal daż-żmien.
L-attivita tmexxiet mid-Direttur tal-Corriere della Sera, Ferruccio de Bortoli. Għall-preżentazzjoni tal-ktieb il-ġdid, kienu preżenti fost personalitajiet oħra il-Ministru Taljan Angelino Alfani, is-Segretarju tal-Partit Demokratiku Taljan Pierluigi Bersani u l-President tal-Union tad-Demokratiċi Insara.
Mons Fisichella kompla li “il-Knisja għandha tkompli teduka lill-bniedem illum dwar il-kriżi antropoloġika li jaqsmu bejniethom dawk li jemmnu ma’ dawk li ma jħaddnux twemmin. Għal aktar minn elfejn sena, bl-iżbalji kollha tagħha, il-Knisja ippreservat bl-aħjar mod li setgħet il-valuri universal ital-kultura Rumana, tal-kultura Griega u dik Lhudija, kulturi li għandna narrikkixxu u mhux nxejnu b’kulturi ġodda”. Temm jgħid li dan “hu wirt li għandu jkun difiż fi proġett komuni”.