ProġettImpenn se jingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħra biex jorganizza ‘ĠimgħaŻwieġ’ li se tiġi ċċelebrata bejn it-Tnejn, 7 u l-Ħadd 13 ta’ Frar, 2011.

F’konferenza tal-aħbarijiet li se ssir nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, se tingħata nformazzjoni tal-attivitajiet li se jsiru matul din il-ġimgħa, filwaqt li se jingħataw ukoll dettalji tas-servizzi offruti mill-entitajiet tal-Knisja li jaħdmu mal-koppji miżżewġa u dawk li qed iħejju għaż-żwieġ.

ProġettImpenn hu ffurmat mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, mill-Moviment ta’ Kana u mill-Caritas, bil-għan li jaħdem favur it-tisħieh taż-żwieġ u b’risq il-familja.