Delegazzjoni ta’ mexxejja Nsara u Musulmani irritornaw l-Istati Uniti mill-Iran bit-tama li ż-żjara ta’ sitt ijiem li kienu għadhom kemm għamlu, tħalli progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, xi ħaġa li ma seħħitx fuq livell diplomatiku.Id-delegazzjoni ta’ erba’ membri, li kienet tinkludi lill-Arċisqof irtirat ta’ Washington, Theodore McCarrick, ittamat li terġa lura l-Istati Uniti akkumpanjata miż-żewġ Amerikani li għadhom miżmumż arrestati mill-awtoritajiet Iranjani, li qed jakkużawhom bi spjunaġġ u bi dħul illegali fl-Iran. Hu mifhum li l-Imħallef li seta’ jirrilaxxahom ma setax jagħmel dan minħabba li kien jinsab fuq btala.

Meta kienu qed jindirizzaw lill-membri tal-istampa fl-ajruport internazzjonali ta’ Dulles, mar-ritorn tagħhom, il-membri tad-delegazzjoni, li f’isimhom tkellem il-Kardinal McCarrick, qalu li l-ħelsien taż-żewġ hikers kienet imminenti. Huma kienu arrestati u akkużati li kienu aġenti tas-CIA. Negozjati għall-ħelsien tagħhom kienu skedati bejn it-13 u t-18 ta’ Settembru, fejn id-delegazzjoni Amerikana ltaqgħet ma’ mexxejja reliġjużi u anki oħrajn ċivili, fosthom il-President Mahmoud Ahmadinejad. L-Imħallef li jista’ jwaqqa’ l-akkużi rritona fuq il-bank tal-ġudikatura jumejn wara li d-delegazzjoni Amerikana temmet iż-żjara tagħha.

Każ simili lura għall-31 ta’ Lulju 2009, kien dwar mara li wkoll kienet arrestata fuq bażi simili u nħelset mill-Gvern Iranjan fuq raġunijiet umanitarji f’Settembru 2010.