Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, komplew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Lija.  Fis-6.30pm, saret Quddiesa tal-Konsagrazzjoni ta’ Marija lil Alla, li matulha Mons. Scicluna fakkar is-Sagrament tal-Ordinazzjoni Presbiterali. Fl-istess ħin, Mons. Scicluna  ltaqa’ mal-komunita’ parrokkjali ta’ Ħal Lija li laqgħetu b’entużjażmu kbir. Ħal Lija huwa l-post fejn Mons. Scicluna iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu u fejn jgħix preżentament mal-ġenituri tiegħu.

Mons. Charles J. Scicluna se jiġi ordnat Isqof Awżiljari ta’ Malta nhar is-Sibt li ġej.

Ritratti: Images Photo Studio, Naxxar. Email: [email protected].