Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2012, saret Velja ta’ Talb bi preparazjoni għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Awżiljari Elett, Mons. Charles J. Scicluna, ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Dan saret fil-Katidral tal-Imdina.

Fiċ-ċelebrazzjoni Mons. Scicluna ħa l-pussess bħala membru tal-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta u wara l-Arċisqof libbes lil Monsinjur Charles J. Scicluna ir-rukket, il-muzzetta, is-salib pettorali u l-berettin. Wara qara u ffirma l-ġurament tal-ħatra u imbagħad daħal fil-kor fejn kienu jinsabu l-Kanonċi l-oħra u ingħata s-sedja tiegħu fost il-membri l-oħra tal-Kapitlu Metropolitan.

Wara kien hemm kant komunitarju u tliet riflessjonijiet minn Fr Joe Borg, minn Fr Arthur Vella SJ u minn Natalino Fenech SDC.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]