L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jingħaqad mal-Knisja dinjija fil-preparamenti għall-Ġublew tat-Tama li se jsir is-sena d-dieħla permezz tal-kors qasir ‘The Jubilee – Pilgrims of Hope’. Permezz tiegħu se niskopru l-oriġini Bibliċi tal-kliem ‘ġublew’, ‘pellegrinaġġ’ u ‘tama’. Flimkien mal-letturi, Dr Joseph Ciappara u Dun Gilbert Scicluna, se naraw l-oriġini ta’ dawn il-kunċetti fl-Iskrittura Mqaddsa u fl-ewwel komunitajiet Insara. Ser nesploraw it-tama fil-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI u l-katekeżimu tal-Papa Franġisku. Fl-aħħar nagħlqu billi niskopru kif nistgħu nimplimentaw il-kunċett ta’ ‘Ġublew’ fil-kuntest kontemporanju b’sens ta’ evanġelizzazzjoni.

Il-kors jibda nhar it-Tnejn 8 ta’ April 2024 u magħmul minn sitt lezzjonijiet ta’ sagħtejn-il waħda.

X’inhu l-Ġublew tat-Tama li tħabbar mill-Papa fl-2022?

Fl-isfond ta’ sofferenza kbira ġejja mill-ħafna gwerer u pandemiji, li kienu qed iseħħu fiż-żmien medjevali (500 – 1500 AD), l-Insara ta’ dak iż-żmien ħassew il-bżonn li jirritornaw għall-ħajja aktar qaddisa mogħnija l-aktar b’dak li hu essenzjali.

B’hekk, il-Papa Bonifaċju VII ħabbar l-ewwel Ġublew Ordinarju fis-sena 1300. Dlonk il-pellegrini rħewla lejn Ruma sabiex jitolbu fuq l-oqbra ta’ San Pietru u San Pawl kif ukoll jirċievu l-barka tal-Papa. Il-pellegrini rċevew ukoll l-ewwel indulġenza plenarja wara li l-Papa ra l-fidi qawwija tagħhom. Din l-użanza saret parti essenzjali li tikkaraterizza ġublew fost affarijiet oħrajn.

Il-frekwenza tal-Ġublew inbidlet matul is-snin, fil-bidu beda jsir darba kull mitt sena iżda mbagħad inbidlet għal darba kull ħamsin sena sa ma fl-aħħar qed isir darba kull 25 sena. Infatti, l-aħħar Ġublew Ordinarju sar fis-sena 2000 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

L-għan ta’ dan l-avveniment matul is-snin baqa’ f’armonija mal-oriġini Bibliċi u storiċi tiegħu – li nieqfu għall- perjodu ta’ żmien sabiex nerġgħu niffokaw fuq dak li hu essenzjali: fiex tinsab ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla

Għal aktar informazzjoni żur www.pfi.edu.mt jew ċempel fuq 2590 6514/6 jew 7920 1358. Tista’ wkoll tibgħat fuq [email protected].