Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fid-dinja, u bi qbil mal-Awtoritajiet u mal-Knisja Kattolika f’pajjiżna, il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta u Għawdex ser jiġi pospost. Id-data tal-vjaġġ tiġi definita aktar ’il quddiem.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jieħdu din l-opportunità biex jistiednu lill-Insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom.