Pope writing

Kien ippreżentat it-12-il volum tax-xogħlijiet miġbura ta’ Joseph Ratsinger, li eventwalment sar il-Papa Benedittu XVI. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan laqa’ l-ġurnalisti għal din il-preżentazzjoni tal-volum bil-lingwa Ġermaniża intotlat “Kunder des Wortes und Diener eurer Freude jew Heralds of the Word and Servants of Your Joy.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kellha wkoll l-għan li tippubbliċizza l-Assemblea Plenarja tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura bejn l-10 u t-13 ta’ Novembru. L-Assemblea se tiffoka fuq it-tema “The Culture of Communication and New Languages”.

Fil-konferenza ħadu sehem għadd ta’ mexxejja tal-Knisja fosthom il-President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura, Kardinal nominat Gianfranco Ravasi, l-Isqof Gerhard Muller ta’ Regensburg fil-Ġermanja, fost oħrajn.

Intqal li t-test jinqasam fi tliet partijiet: It-Teoloġija tas-Sagrament tal-Ordni Sagri; ġabra ta’ meditazzjonijiet dwar l-ispiritwalita saċerdotali; u ċ-ċerimonji differenti fl-okkażjoni ta’ konsagrazzjoni djakonali u saċerdotali.