• Programm Co-Youth-Leadership 2013/14

  • Serje ġdida tal-Programm CYL għall-persuni imħajjrin fit-tmexxija taż-żgħażagħ se jibda nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ottubru. Il-kors jibni fuq is-suċċess taż-żewġ edizzjonijiet li saru s’issa li wassal għall-gradwazzjoni ta’ 33 co-youth leader ġdid.

    Il-programm jintroduċi lill-parteċipanti għa-tmexxija nisranija taż-żgħażagħ u jgħinhom jiddixxernu s-sejħa tagħhom għall-youth ministry. Il-kors għandu format innovattiv fejn ikopri erba’ temi prinċipali permezz ta’ erba’ seminars ta’ 24 siegħa, bejn Diċembru 2013 u Lulju 2014. Matul is-sena, il-parteiċpanti jkunu segwiti minn coaches ippreparati filwaqt li jagħmlu ħidma prattika f’parroċċi jew movimenti.

    Il-ħlas ta’ €150 ikopri il-bżonnijiet kollha tal-kors, u huma aċċettati wkoll sposnsorships bi qbil. Is-sessjonijiet jinkludu il-kontribut minn esperti fl-oqsma partikolari u joffru ambjent ta’ tagħlim uniku. Il-kors huwa akkreditat mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u huwa rikonoxxut mill-Qafas tal-Kwalifiċi Nazzjonali.

    Il-Programm ta’ Co-Youth-Leadership huwa kkordinat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ