It-Tlieta 21 ta’ Mejju

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għal-katekeżi fil-Knisja Parrokkjali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti kollha fis-sala tal-kunvent tad-Dumnikani.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 25 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fis-sala tal-kunvent.

7.00 p.m. L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.

L-Erbgħa 29 ta’ Mejju

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fis-sala tal-kunvent u wara jiekol mal-Komuntà tal-Patrijiet Dumnikani.

Il-Ħamis 30 ta’ Mejju

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni individwali li jixtiequ jkellmuh fuq il-Parroċċa fl-Uffiċċju Parrokkjali.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja, fis-sala tal-kunvent

It-Tnejn 3 ta’ Ġunju

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija, fis-sala tal-kunvent

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd, fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għaż-żgħażagħ, fil-Knisja Parrokkjali.