Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010
5.00 p.m. Ċerimonja tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Luqa.
5.45 p.m. Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.
6.15 p.m. Żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika u l-ogħla Awtoritajiet tal-iStat fil-Palazz, il-Belt. It-tfal jilqgħu lill-Papa fi Pjazza San Ġorġ.
7.15 p.m. Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn ir-Rabat. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.
7.45 p.m. Żjara fil-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il-Papa jsellem lill-poplu fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl.
Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010
9.15 a.m. Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Furjana.
10.00 a.m. Quddiesa Pontifikali fuq il-Fosos tal-Furjana. Il-Papa jindirizza lill-poplu Malti u Għawdxi u jirreċita t-talba tar-Regina Coeli fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni.
4.00 p.m. Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Kalkara. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.
4.45 p.m. Vjaġġ bil-baħar fil-Port il-Kbir, mix-xatt tal-Kalkara lejn il-Valletta Waterfront.
5.15 p.m. Laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront. Il-Papa jindirizza liż-żgħażagħ.
6.15 p.m. Il-Papa jħalli l-Valletta Waterfront fi triqtu lejn l-Ajruport. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.
6.40 p.m. Ċerimonja tat-tluq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
7.10 p.m. Il-Papa jħalli Malta għal Ruma.