Pope John Paul II

Il-Papa Benedittu XVI l-ġimgħa d-dieħla se jippresiedi quddiesa biex ifakkar il-ħames anniversarju mill-mewt tal-Papa predeċessur tiegħu, Ġwanni Pawlu II. Il-quddiesa se ssir fid-29 ta’ Marzu minflok fil-jum propju li jfakkar il-mewt tiegħu. Dan minħabba li t-2 t’April se jaħbat jum il-Ġimgħa l-Kbira.

Matul it-talb tal-fidili f’din il-quddiesa, se ssir talba bil-Pollakk “għall-Venerabbli Ġwanni Pawlu II li serva lill-Knisja b’kull sforz li kellu…biex mis-sema huwa jinterċedi fit-tixrid tat-tama realizzata bis-sehem sħiħ fil-glorja tal-qawmien”. Se titressaq ukoll talba bil-Ġermaniż “għall-Papa Benedittu XVI, sabiex huwa jimxi fuq il-passi ta’ Pietru fil-qadi tal-Ministeru tiegħu, b’perseveranza doċli u ferma biex isostni l-fidili”.

Talba bl-Ispanjol se ssir ukoll “biex dawk miġburin flimkien jiftakru fi Ġwanni Pawlu II biex jagħrfu jħobbu u jservu lill-Knisja kif ħabb u serva hu, u jagħtu xiehda fil-fidi f’Alla u joffru l-imħabba tagħhom lil kulħadd”.