Rapport li sab l-appoġġ tal-Knisja, iddokumenta żjieda fil-preġudizzju kontra l-Insara fl-Ewropa, anki jekk saru appelli għal liġijiet iktar ġusti u miżuri bil-għan li jnaqqsu d-diskriminazzjoni.

Id-Direttur tal-Osservatorju bbażat fi Vjenna dwar l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra l-Insara, Gudrun Kugler, qalet li “studji jissuġġerixxu li 85% ta’ krimini ta’ mibgħeda fl-Ewropa huma diretti lejn l-Insara. Tħaddim ristrett tal-liberta tal-kuxjenza qed iwassal biex professjonijiet bħal ta’ maġistrati, tobba, infirmiera u qwiebel, bħal donnhom jagħlqu l-bibien għall-insara. Għalliema u ġenituri jispiċċaw f’inkwiet meta ma jaqblux mal-etika sesswali definit mill-iStat”.

Ir-rapport tal-aġenzija, fi 53 paġna, qal li inċidenti fl-2011 kienu jinkludu riżoluzzjoni mil-leġislaturi Ewropej li sejħu għal ri-assessjar tal-liġijiet b’impatt negattiv fuq l-insara, kif ukoll direzzjoni mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem wara każ kostituzzjonali dwar iż-żamma tal-kurċifissi fil-klassijiet tal-iskejjel Taljani. Żied li kienu ħafna l-individwi u l-istituzzjonijiet li wissew li kienet qed tiżdied l-intolleranza kontra l-insara, bl-osservatorju jsemmi atti ta’ vandaliżmu u esklużjoni tal-insara mill-ħajja pubblika, fost oħrajn.

Ir-rapport ikompli li “imġiba diskriminatorja u intolleranti tirriżulta minn oppożizzjoni għall-karatteristiċi tal-fidi nisranija jew pedamenti morali li huma parti intrinsika mill-fidi nisranija in ġenerali.

“Din l-imġiba twassal biex diversi setturi fis-soċjeta jintuża biex jimbuttaw l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra l-insara”.

Sadattant, wara lmenti ta’ preġudizzju kontra l-insara madwar l-Ewropa, il-mexxejja tal-Knisja appellaw protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-insara.