-
-
-
Iċ‑ċurkett jesprimi l‑fedeltà tal‑isqof lejn il‑Knisja, l‑għarusa ta’ Kristu. Fil‑passat, iċ‑ċurkett kien jingħata b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d‑dokumenti uffiċjali u b’sinjal tal‑għerusija tal‑Isqof mad‑djoċesi tiegħu. Iċ‑ċurkett li se jingħata Mons. Joseph Galea‑Curmi waqt il‑Quddiesa Pontifikali tal‑Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mingħand l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.
-
-
Il‑mitra tirrapreżenta l‑ħerqa tal‑isqof biex jimxi ’l quddiem fit‑triq tal‑qdusija. Il‑mitra li se jilbes Mons. Joseph Galea‑Curmi hija rigal mill‑parroċċa ta’ Ħal Balzan.
-
-
Il‑baklu jfakkar li l‑isqof hu ragħaj li jrid jieħu ħsieb il‑merħla. Il‑baklu ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi huwa rigal milll‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.
-
Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti