St.Joseph

il-festa ta’ San Ġużepp, ir-raġel tal-Imqaddsa Marija verġni, u padrun tal-Knisja Universali, il-Papa fakkar lil kull min jismu bħalu, għal San Ġużepp. Ir-riflessjonijiet tal-ġurnata għamilhom il-Kap tas-servizz Ingliż għall-Afrika  fi ħdan Radju Vatikan, Fr Moses Hamungole. Huwa tkellem dwar ir-rwol ta’ San Ġużepp fil-ħajja tal-Knisja.

“Hija l-ġurnata li fiha niċċelebraw il-missirijiet kollha. Li tkun missier mhix sfida faċli – hemm ħafna diffikultajiet li jmorru magħha. Fl-istess waqt, kompla Fr Moses, nistgħu inħarsu lejn San Ġużepp, li fil-kwiet tratta ma’ dak kollu li kien hemm bżonn . Meta tkellem dwar il-fidi u l-għerf eżemplari ta’ San Ġużepp, Fr Moses qal li “hu importanti li kull missier jitlob għad-dixxerniment, jitlob għall-paċenzja – jitlob għal dan il-kwalitajiet li jagħmlu missier tajjeb”.

Fl-aħħar messaġġ tal-Angelus, Benedittu XVI radd ħajr lil dawk kollha li jemmnu talli jsostnuh bit-talb. Fr Moses żied li hu estremament importanti li wieħed jitlob għall-Papa, li hu l-missier spiritwali tal-Knisja kollha.