Pope Shenouda III

Radju Vatikan ta t-traduzzjoni mhux uffiċjali tal-messaġġ ta’ kondoljanzi li l-Papa Benedittu XVI wassal mal-aħbar tal-mewt tal-Papa Shenouda III ta’ Alessandrija.

“Mal-aħbar li Papa Shenouda, Patrijarka ta’ Alessandrija fuq is-Sede ta’ San Mark l-Evaġelista, mar jiltaqa’ ma’ Alla, l-Missier komuni tagħna, nesprimi sens ta’ kompassjoni mal-membri ta’ Sinodu Mqaddes, is-saċerdoti u dawk il-fidili kollha fid an il-Patrijarkat.

Niftakar b’sens ta’ gratitudni l-impenn tiegħu għall-Għaqda Nisranija, iż-żjara tiegħu lill-Papa Pawlu VI, u l-iffirmar konġunt tagħhom ta’ Dikjarazzjoni ta’ Fidi fl-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla, f’Ruma nhar l-10 ta’ Mejju 1973. Anki l-laqgħa tiegħu mal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Kajr waqt il-Ġublew il-Kbir tal-Inkarnazzjoni fl-24 ta’ Frar 2000. Nista’ ngħid kif il-Knisja Kattolika b’mod sħiħ tinsab sogħbiena għal din it-telfa li sofrew l-Ortodossi Kopti. Nitlob sabiex Alla jilqgħu fil-ferħ u l-paċi ta’ dejjem, fi ħdanu.”