Nhar is-Sibt, 6 ta’ Marzu, 2010, seminar bit-tema ‘Niltaqgħu magħhom fil-pjazza tal-ħajja’ ġie organizzat b’inizjattiva tas-Segretarjat għall-Katekeżi b’kollaborazzjoni mal-KDŻ, għaż-żgħażagħ.
Matul dan is-seminar ġie diskuss, minn lenti prattika, ‘outreach’. Xi ideali li ġew msemmija biex wieħed ikun jista jilħaq dan il-għan kienu: persuna tkun informata u iffurmata sew fir-reliġjon tagħha u wkoll li wieħed għandu jżomm relazzjoni ħajja mal-Mulej, li tiġi msaħħa bil-kelma ta’ Alla permezz tas-Sagramenti u talb kontinwu u attiv. Meta bniedem ikun miftuħ għal ta’ madwaru, li jkun lest jifhem u jiddjaloga, dan ma jkunx neccessarjament qed iffisser li qed jikkomprometti lilu nnifsu, anzi ikun kapaċi jifhem id-dinjita’ li kull bniedem ħaqqu. Biex wieħed jilħaq konsistenza għandu l-ewwel u qabel kollox iħaddan l’outreach fis-sens propju tagħha biex b’hekk ikun ta’ xhieda ta’ dak li qed jgħid.