• Quddiem l-eluf ta’ nies miġbura fi Pjazza San Pietru għar-Regina Caeli tal-Ħadd, il-Papa Franġisku għal darb’oħra wera solidarjetà mal-Papa ta’ Lixandra Tawadros II u mal-poplu Eġizzjan kollu wara “l-att vjolenti u feroċi” li kien hemm fuq l-Insara Kopti nhar il-Ġimgħa li għadda.

    “Il-vittmi, ħafna minnhom tfal, inqatlu għaliex irrifjutaw jiċħdu l-fidi Nisranija tagħhom,” qal il-Papa.

    Il-Papa talab lill-Mulej biex “jilqa’ fi ħdanu lil dawn ix-xhieda kuraġġużi u jikkonverti l-qlub tat-terroristi”.

    L-Istat Iżlamiku refa’ responsabbiltà tal-attakk tal-Ġimgħa, fejn inqatlu 29 persuna.

    Is-Sibt, waqt iż-żjara f’Genoa, il-Papa talab għall-vittmi u saħaq li qed imutu itkar martri llum milli fil-bidu tal-fidi Nisanija.