PROĊESS TAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA 2025-2026
Id‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, fis‑snin tad‑dħul, huwa determinat mir‑Regolamenti ippublikati f’din il‑paġna.
Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid. Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat hawn taħt.
Għal Malta, is‑snin tad‑dħul huma l‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja. Għal Għawdex, is‑snin tad‑dħul huma l‑ewwel sena kindergarten u l‑ewwel sena sekondarja. Id‑dħul fis‑snin l‑oħra jieħdu ħsiebu l‑iskejjel partikulari.
Għall-mistoqsijiet frekwenti, żur din il-paġna.
Tista’ tilħaq l-uffiċċju tad-dħul permezz ta’ [email protected] jew 2203 9360.
Listi ta’ Applikanti għal Transfer – St Francis
Applikanti għal Transfer bejn l-Iskejjel ta’ St Francis – Birkirkara Primarja
Applikanti għal Transfer bejn l-Iskejjel ta’ St Francis – Cospicua Primarja
Applikanti għal Transfer bejn l-Iskejjel ta’ St Francis – Msida Primarja
Applikanti għal Transfer bejn l-Iskejjel ta’ St Francis – Sliema Sekonardja
Regolamenti Transfers St Francis
Dettalji dwar l-applikazzjonijiet
APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja
Tfal tal-Impjegati fl-istess skola
Aħwa
Transfers
Tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza
Tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwita’
Tfal tal-impjegati fi skola oħra
Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li jgħixu fl-istess Dar Residenzjali (Paragrafu 1a-1ġ & 2i) isiru:
- onlajn fuq https://church.mt/applications
mill-Ħamis 21 ta’ Novembru sal-Ħamis 28 ta’ Novembru 2024
- Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 2203 9360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00 a.m u s-2:00 p.m. fil-ġranet tal-applikazzjoni.
- Il- formoli tal-applikazzjonijiet ma jitniżżlux minn fuq is-sit elettroniku.
APPLIKAZZJONIJIET TARD – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
Applikazzjoniet tard tal- Ewwel Kriterju (Paragrafu 1a-1ġ & 1i):
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
- mill-Ħamis 5 ta’ Diċembru sal-Ħamis 12 ta’ Diċembru, 2024
- F’każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq 2203 9360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00 a.m. u s-2:00 p.m. fil-ġranet tal-applikazzjoni.
INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA GĦALL-APPLIKAZZJONI
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:
Isem u Kunjom tat-tifel / tifla, Nru tal-Karta tal-Identità tat-tifel / tifla, Data ta’ Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalità, u Kodiċi Postali, Numru tat-telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm / il-missier / kustodju 1 u / jew 2, Numru tal-Karta tal-Identità tal omm / tal-missier / tal-kustodju 1 u / jew 2, Mowbajl tal-omm / tal-missier / tal-kustodju 1 u / jew 2, Imejl tal-omm jew tal-missier jew tal-kustodju 1 u / jew 2.
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li ttella’ dawn id-dokumenti.
a) Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b) Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
ċ) Barranin li ma għandhomx karta tal-identita Maltija huma miltlub li flok in-numru tal-karta tal-identità jiktbu in-numru tal-passaport u jtellgħu ritratt tal- numru passaport.
d) Ritratt tat-tifel/ tifla.
e) Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri / kustodji jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad- Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Din id-Dikjarazzjoni tista’ taraha u / jew tniżżilha minn hawn. Il-ġenituri / kustodji jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola tat-tfal tagħhom.
f) Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux / għandhix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux / għandhix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. jew beda l-proċess għal-istatementing.
Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn
F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard. F’dan il-każ, l-applikant irid jindika jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE jew beda/bdiet il-proċess għal-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri / kustodji ma tibqax tgħodd.
Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn ġimgħa wara r-Reġistrazzjoni ta’ Skola. Jekk dan ma jsirx ir-reġistrazzjoni tkun invalida.
Din id Dikjarazzjoni mhix applikabli għal Kinder 1.
ġ) L-applikazzjoni minn ġenitur / kustodju wieħed, jew minn rappreżentant tal-ġenituri / kustodji, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri / kustodji li ssir din l-applikazzjoni.
g) F’każ ta’ ġenituri / kustodji separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri / kustodji u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel / tifla. Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu / tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.
għ) Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja (1a) jew il-Kriterju Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li jgħixu fl-istess Dar Residenzjali (2i):
Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel / tifla.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.
h) Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:
i. Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;
ii. Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri / kustodji;
iii. F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, hemm bżonn ukoll ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.
iv. F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv hemm bżonn ukoll id-dokumenti tal-kustodja U d-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara paragrafu 1ċ tar-regolamenti)
ħ) Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw l iStatement of Needs u l aħħar rapport mill psikologu edukattiv.
i) Applikanti li għandhom xi allerġiji u / jew jista jkun hemm bżonn li tintuża l-Epi-Pen għandhom jippreżentaw l-aħħar rapporti mediċi għar-rigward.
j) Mal-applikazzjoni wieħed għandu jehmeż id-dokumenti msemmija skont il-każ:
i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji
ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tal-Ħames u s-Sitt sena fejn hemm
iii. L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l- IEP
iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv
v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-iStatement of Needs meta dan jingħata.
vi. L-applikazzjoni għat-talba għat-tneħħija tas-sapport tal-L.S.E. li tkun ġietppreżentata lil iStatementing Moderating Panel sal-31 ta’ Ottubru 2024
k) Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa : https://knisja.mt/forms/csm-missing-documents/. Ikun hemm bżonn li tniżżel in-numru tal-applikazzjoni kif ukoll il-passcode.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2025. F’każ li dan ma jsirx, l- applikazzjoni tkun invalida.
APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
Applikazzjonijiet għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten u għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja għal:
Tfal li qegħdin fis-sitt sena primarja ta’ skola tal-knisja f’Għawdex
Tfal ta’ impjegati fi skola tal-knisja
Aħwa fl-istess skola
Tfal ta’ impjegati mas-Segretarjat, fis-Seminarju Minuri jew fil-Konservatorju tal-Isqof Sekondarja
Applikanti mill-Għasri għal Laura Vicuna
Każijiet bis-sapport ta’ dawn l-istess kriterji
Każijiet Soċjali u tal-Ażil, (Paragrafu 1a –1f) isiru:
- Onlajn fuq is-sit https://church.mt/gozoapplications
- mill-Ħamis 21 ta’ Novembru sal-Ħamis 38 ta’ Novembru 2024
- Min għandu bżonn xi għajnuna waqt il-mili tal-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 2203 9360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
APPLIKAZZJONIJIET TARD SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
- Onlajn fuq is-sit https://church.mt/gozoapplications
- mil-Ħamis 5 ta’ Diċembru sal-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2024
- Min għandu bżonn xi għajnuna waqt il-mili tal-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 2203 9360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
- Il-formoli tal-applikazzjonijiet ma jitniżżlux minn fuq is–sit elettroniku.
INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:
Isem u Kunjom tat-tifel/tifla, Nru tal-Karta tal-Identita’ tat-tifel / tifla, Data tat-Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalita’, u Kodiċi Postali, Numru ta’ telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm / il-missier / Kustodju 1 u / jew 2, Numru tal-Karta tal-Identità tal omm / tal-missier / tal-Kustodju 1 u / jew 2, Mowbajl tal-omm / tal-missier / tal-Kustodju 1 u / jew 2, Imejl tal-omm jew tal-missier jew tal-Kustodju 1 u / jew 2.
Dokumenti li jridu jittelgħu mal-applikazzjoni:
- Ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
- Minn japplika taħt il-kriterju tal-aħwa għandu jittella’ ukoll ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa li jinsabu fi skola tal-Knisja f’Għawdex.
- Minn japplika għal-ewwel sena sekondarja għandu jtella’ ukoll id-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv.
Din hi Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv li trid tiġi ffirmata mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandhix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandhix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E, jew beda/bdiet il-proċess għall-istatementing.
Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.
F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard. F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE jew beda l-proċess għall-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur / kustodju u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri / kustodji ma tibqax tgħodd.
Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard mil-11 ta’ April 2025. Jekk dan ma jsirx ir‑Reġistrazzjoni tkun invalida.
Informazzjoni Meħtieġa skont il-Kriterju tal-applikazzjoni:
- Min qed japplika bil-kriterju ta’ Kontinwita’ mill-primarja ta’ skola tal-Knisja jrid jindika liema skola jattendi fil-primarja. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
- Min qed japplika bil-Kriterju tal-impjegati għandu jindika ma’ liema skola jaħdem jew jekk jaħdimx mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola u mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.
- Min qed japplika bil-kriterju tal-aħwa għandu jindika f’liema skola jattendu l-aħwa. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
- Min qed japplika bil kriterju 1f għal Laura Vicuna jrid jindika fl applikazzjoni u jtellgħa kopja tal karta tal Identità tal ġenituri / kustodji u dikjarrazzjoni li t-tfal jgħixu l-Għasri, iffirmata minn professjonist (p.eż. nutar, saċerdot, għalliem) li jkun ilu jaf lil xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ta’ lanqas sentejn. Din id-Dikjarazzjoni tista titniżżel minn hawn.
- Għal min qed japplika bħala każ bis-sapport tal-LSE jew każ soċjali jew każ tal-ażil għandu jtella’ dokumenti u / jew ċertifikati rilevanti li jispjega il-każ.
- Fejn il-ġenituri / kustodji huma separati jew fil-każ ta’ tuturi, meħtieġ dokument legali li jindika l-kustodja tat-tifel / tifla. Ma hemmx bżonn id-dokument kollu tas-separazzjoni imma l-parti li titratta l-kustodja tat-tfal. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-kunsens taż-żewġ ġenituri / kustodji.
- F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv hemm bżonn:
- Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri / kustodji;
- Id-dokumenti tal-kustodja U
- Id-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara regolamenti paragrafu 1c)
Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa: https://knisja.mt/forms/csg-missing-documents/ Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2025. F’każ li dan ma jsirx, l-applikazzjoni tkun invalida.
APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU U KRITERJU 1h:
APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
- Onlajn fuq https://church.mt/applications
Mit-Tlieta 4 ta’ Frar sal-Ħamis 13 ta’ Frar, 2025
- Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 22039360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
APPLIKAZZJONIET TARD SKONT IT-TIELET KRITERJU U KRITERJU 1h:
APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
- Onlajn fuq https://church.mt/applications
- Mill-Ħamis 20 ta’ Frar sal-Ħamis 27 ta’ Frar, 2025
- F’każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq 22039360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA GĦALL-APPLIKAZZJONI
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:
Isem u Kunjom tat-tifel / tifla, Nru
tal-Karta tal-Identità tat-tifel / tifla, Data ta’ Twelid tat-tifel / tifla,
Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalità, u Kodiċi Postali, Numru
tat-telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm, Nru tal-Karta tal-Identità tal‑Omm,
Mowbajl tal-omm, Isem u Kunjom il-missier, Numru
tal-Karta tal-Identità tal-Missier, Mowbajl tal-missier, Imejl tal-omm jew
tal-missier.
Min qed japplika bil-Kriterju 1h jrid itella’ ukoll id-dokumenti tal-kriterju li kien eliġibli għalih.
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li ttella’ dawn id-dokumenti.
a) Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.
b) Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
c) Barranin li ma għandhomx karta tal-identita Maltija huma miltlub li flok in- numru tal-karta tal-identità jiktbu in-numru tal-passaport u jtellgħu ritratt tal-passaport.
d) Ritratt tat-tifel/ tifla.
e) Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri / kustodji jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Din id-Dikjarazzjoni tista’ taraha u / jew tniżżilha minn hawn. Il-ġenituri/ kustodji jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola tat-tfal tagħhom.
f) Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent / a jsegwix / ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux / għandhix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux / għandhix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. jew beda / bdiet il-proċess għall-istatementing.
Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.
F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard. F’dan il-każ, l-applikant irid jindika jekk l-istudent/a isegwix/ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE. jew beda/bdiet il-proċess għall-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.
Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn ġimgħa wara r-Reġistrazzjoni ta’ Skola. Jekk dan ma jsirx ir-reġistrazzjoni tkun invalida. Din id-Dikjarazzjoni mhux applikabbli għal Kinder 1.
ġ) L-applikazzjoni minn ġenitur / kustodju wieħed, jew minn rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri / kustodji li ssir din l-applikazzjoni.
g) F’każ ta’ ġenituri / kustodji separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri / kustodji u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel / tifla.
Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu / tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.
għ) Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja (1a) jew il-Kriterju Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li jgħixu fl-istess Dar Residenzjali (2i):
Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel / tifla.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.
h) Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:
i. Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;
ii. Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri / kustodji;
iii. F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, hemm bżonn ukoll ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.
iv. F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv hemm bżonn ukoll id-dokumenti tal-kustodja U d-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara paragrafu 1ċ tar-regolamenti)
ħ) Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw l iStatement of Needs u l-aħħar rapport mill psikologu edukattiv.
i) Applikanti li għandhom xi allerġiji u / jew jista jkun hemm bżonn li tintuża l-Epi-Pen għandhom jippreżentaw l-aħħar rapporti mediċi għar-rigward.
j) Mal-applikazzjoni wieħed għandu jehmeż id-dokumenti msemmija skont il-każ:
i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji
ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tal-Ħames u s-Sitt sena fejn hemm
iii. L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP
iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/tifla mingħand psikologu edukattiv
v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-iStatement of Needs meta dan jingħata
vi. L-applikazzjoni għat-talba għat-tneħħija tas-sapport tal-L.S.E. li tkun ġiet ppreżentata lil iStatementing Moderating Panel sal-31 ta’ Ottubru 2024
Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa : https://knisja.mt/forms/csm-missing-documents/. Ikun hemm bżonn li tniżżel in-numru tal-applikazzjoni kif ukoll il-passcode.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tielet Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2025. F’każ li dan ma jsirx, l- applikazzjoni tkun invalida.
APPLIKAZZJONIET SKONT IT-TIENI KRITERJU U KRITERJU 1h:
APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
- Onlajn fuq https://church.mt/gozoapplications
- Mit-Tlieta 4 ta’ Frar sal-Erbgħa 13 ta’ Frar, 2025
- Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 22039360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
APPLIKAZZJONIET TARD SKONT IT-TIENI KRITERJU U KRITERJU 1h:
APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI
- Onlajn fuq https://church.mt/gozoapplications
- Mill-Ħamis 20 ta’ Frar sal-Ħamis 27 ta’ Frar, 2025
- Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 22039360 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9:00am u s-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI
Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:
- Isem u Kunjom tat-tifel/ tifla, Nru tal- Karta tal- Identita’ tat-tifel /tifla, Data tat- Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel/tifla, Indirizz, Lokalita, u Kodiċi Postali, Numru ta’ telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm / il-missier / kustodju 1 u / jew 2, Numru tal-Karta tal-Identità tal omm / tal-missier / tal-kustodju 1 u / jew 2, Mowbajl tal-omm / tal-missier / tal-kustodju 1 u / jew 2, Imejl tal-omm jew tal-missier jew tal-kustodju 1 u / jew 2.
Min qed japplika bil-Kriterju 1h jrid itella’ d-dokumenti tal-kriterju li kien eliġibli għalih.
Dokumenti li jriedu jittelgħu mal-applikazzjoni:
- Ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
- Minn japplika taħt il-kriterju tal-aħwa għandu jittella’ ukoll ċertifikat tat- Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa li jinsabu fi skola tal-Knisja f’Għawdex.
- Minn japplika għal-ewwel sena sekondarja għandu jtella’ ukoll id-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv.
Din hi Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv li trid tiġi ffirmata mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandhix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandhix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E, jew beda/bdiet il-proċess għall-istatementing.
Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.
F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard. F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a jsegwix/ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE jew beda l-proċess għall-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur / kustodju u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri / kustodji ma tibqax tgħodd.
Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard mill-11 ta’ April 2025. Jekk dan ma jsirx ir‑Reġistrazzjoni tkun invalida. - Għal min qed japplika bħala każ bis-sapport tal-LSE jew każ soċjali jew każ tal-ażil għandu jtella’ dokumenti u / jew ċertifikati rilevanti li jispjega il-każ.
- Fejn il-ġenituri / kustodji huma separati jew fil-każ ta’ tuturi, meħtieġ dokument legali li jindika l-kustodja tat-tifel / tifla. Ma hemmx bżonn id-dokument kollu tas-separazzjoni imma l-parti li titratta l-kustodja tat-tfal. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-kunsens taż-żewġ ġenituri / kustodji.
- F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv hemm bżonn:
- Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri / kustodji;
- Id-dokumenti tal-kustodja U
- Id-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara regolamenti paragrafu 1c)
Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa: https://knisja.mt/forms/csg-missing-documents/. Ikun hemm bżonn li tniżżel in-numru tal-applikazzjoni kif ukoll il-passcode.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tieni Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-11 ta’ April 2025. F’każ li dan ma jsirx, l-applikazzjoni tkun invalida
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni għad-Dħul l-Ewwel Kriterju: Tfal minn djar tal-Knisja.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni għat-tfal mill-Għasri għal Laura Vicuna
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv (MALTA).
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv (GĦAWDEX).
Sabiex jiġu koperti spejjeż amministrattivi qed jintalbu dawn il-ħlasijiet:
Ħlas tal-Applikazzjoni €25.
Ħlas ta’ Applikazzjoni tard €30.
Ħlas ta’ registrazzjoni li jsir mal-għażla ta’ skola €50.
Agħfas like fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook u rreġistra għan-newsletter tal-Arċidjoċesi ta’ Malta biex iżżomm ruħek aġġornat dwar il-proċess għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.