Tag Archives: .home2

Ritratti: L-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof Antoine Camilleri

  • L-Ordinazzjoni Episkopali mill-Papa Franġisku ta’ Mons. Antoine Camilleri, Arċisqof Titulari, li saret ilbieraħ filgħaxija fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Flimkien mal-Arċisqof Camilleri ġew ordnati tliet isqfijiet oħra: patri Ġiżwita Kanadiz imwieled ir-Repubblika Ċeka u żewġ saċerdoti djoċesani Taljani.

    Preżenti għall-Quddiesa tal-ordinazzjoni: il-Kardinal Prospero Grech, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Isqof Mario Grech, numru ta’ saċerdoti Maltin, qraba ta’ Mons…

  • Kompli aqra »

Il-media tal-Knisja bħala strument ta’ tama, ċiviltà u mħabba – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura n-New media Centre minn fejn joperaw 103FM u newsbook.com.mt

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura n-New media Centre, fil-Blata l-Bajda, il-bini minn fejn isir ix-xogħol tal-media tal-Knisja, inkluż l-istazzjon tar-radju ‘103’ u newsbook.com.mt.

    L-Arċisqof żar l-istudios fejn seta’ jara x-xogħol ta’ rinovar u l-investiment f’tagħmir ġdid, kif ukoll iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu fir-radju u fil-portal tal-aħbarijiet.

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    “Il-kuntest huwa kompetittiv ħafna u jiena naħseb l-għażla li għamilna hija wkoll għażla ta’ tama, f’kuntest ta’ sfidi, jiġifieri jiena nixtieq li nagħmel kuraġġ lil kulħadd u nagħmlu ħilitna biex il-media tal-Knisja, imma b’mod speċjali l-103 u anke Newsbook ikunu strument ta’ tama u strument taċ-ċiviltà, tal-imħabba u lingwaġġ li jkellem lil kulħadd.”


  • Ritratti: knisja.mt/ritratti

  • Kompli aqra »

Ħinijiet tax-xitwa għall-Uffiċċju Żwiġijiet

  • Il‑Kurja tal‑Arċisqof tixtieq tavża li mil-lum l-Erbgħa, 2 ta’ Ottubru, l‑Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Kurja, il‑Furjana, ser ikun miftuħ f’dawn il‑ġranet u ħinijiet:

    It‑Tnejn, it‑Tlieta, l‑Erbgħa, il‑Ġimgħa u s‑Sibt bejn it‑8:00 a.m. u l-11:30 a.m. L‑Erbgħa bejn it‑3:00 p.m. u s‑6:00 p.m.

    Dawn il‑ġranet u ħinijiet japplikaw sal‑15 ta’ Ġunju 2020.

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ottubru 2019

  • It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

L-ebda persuna m’għandha tispiċċa fl-iskart tal-istorja – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Migranti u r-Refuġjati

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kappuċċini, il-Furjana
    Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2019

    Qalb il-ħidma vasta tal-Knisja f’Malta għar-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem sħiħ, żgur li tolqtok il-ħidma li ssir mal-migranti u r-refuġjati. Hija ħidma li ilha s-snin u li bdiet l-ewwel nett permezz tal-Kummissjoni Emigranti, ħidma ħafna drabi fis-skiet u fil-kwiet imma b’mod effettiv…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca

  • Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2019, nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, il‑biblijoteka storika tas‑seklu 18 u l‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru. Il-Palazz jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.

    Għall‑okkażjoni ser tittella’ wirja ta’ dokumenti dwar l‑istorja tal‑bini nnifsu…

  • Kompli aqra »

Mgħammdin u Mibgħutin: ktieb ġdid għal matul ix-Xahar Missjunarju Straordinarju

  • Mgħammdin u Mibgħutin: riflessjonijiet ta’ Papa Franġisku għal matul ix-Xahar Missjunarju Straordinarju huwa ktejjeb żgħir b’bosta riflessjonijiet li Papa Franġisku għamel f’dawn l-aħħar snin fuq din it-tema. Paġna wara l-oħra dan il-ktejjeb joffri riflessjoni qasira, kif ukoll it-talba għal matul dan ix-xahar u numru ta’ sentenzi ta’ Ġesù, waħda għal kull ġimgħa, biex jakkumpanjaw lill-qarrej matul dan ix-xahar straordinarju…

  • Kompli aqra »

Knisja li tħares ‘il quddiem – lecture minn Discern

  • Discern, the Institute for Research of the Signs of the Times, will be holding the Gaudium et Spes Lecture 2019 on the theme ‘A Church that looks forward’.

    The guest speaker will be David McLoughlin, Emeritus Fellow of Christian Theology at Newman University, who will look at the Church in the context of the culture wars in many countries today…

  • Kompli aqra »

Aġġornata: Stqarrija dwar l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona

  • L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ġie rilaxxat mill-isptar illejla.

    .

    Aktar kmieni: Illum, 23 ta’ Settembru 2019, waranofsinhar l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ħassu ma jiflaħx u ttieħed l-isptar fejn qed jinżamm għall-osservazzjoni.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar u awgura fejqan ta’ malajr lil Mons. Cremona u wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta f’dan il-mument.

  • Kompli aqra »