Tag Archives: .home2

Quddiesa tal-Ħadd – 24 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Aħna msejħa biex inħejju għall-ħajja ta’ dejjem bl-għażliet tagħna

Before the recitation of the Marian prayer, Pope Francis focuses his attention on Sunday’s Gospel reading in which Jesus is provoked by a question by the Sadducees and in turn offers a wonderful teaching on the resurrection of the dead.

The Pope remarked that the Lord does not fall into the trap set by the Sadducees who ask him when a woman dies who has been married to 7 brothers, one after the another, whose wife will she be? … Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fit-tieni anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

  • On the second anniversary of the brutal assassination of Daphne Caruana Galizia, we pray for her eternal rest and for the gift of justice which serves each and everyone their due. We pray that those investigating her untimely death bring the executors and all persons involved to justice. We therefore pray for the gifts of prudence and wisdom but also for the gifts of integrity and courage…

  • Kompli aqra »

Iktar responsabbiltà liż-żgħażagħ fil-Knisja

Konferenza mill-MCYN għall-youth leaders

  • L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qal li ż‑żgħażagħ għandhom jingħataw iktar responsabbiltajiet fil‑ħajja tal‑Knisja. Dan qalu waqt li kien qed jindirzza l‑konferenza annwali għall‑youth leaders ‘Plexus19’, li ġiet organizzata mill‑MCYN (Malta Catholic Youth Network) tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Waqt diskussjoni ma’ madwar 240 parteċipant, li huma involuti fil‑ħidma pastorali maż‑żgħażagħ, l‑Isqof Galea‑Curmi qal li “ż‑żgħażagħ m’għandhomx jirċievu biss fil‑Knisja, imma għandu jkollhom sehem importanti…

  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. David Cilia bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

    Il‑Kan. David Cilia twieled fit‑2 ta’ Awwissu 1968. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, fil‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir u fl-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Studja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija tal‑Università ta’ Malta, u d‑Dritt Kanoniku fl‑Università Gregorjana f’Ruma…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-Baġit 2020

Ittra mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent lill-Ministru tal-Finanzi bi proposti għall-Baġit 2020

  • Għażiż Prof. Scicluna,

    Proposta Baġit 2020: Studju Nazzjonali dwar il-propjetà

    Bħalma għamlet fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qiegħda għal darb’oħra tistieden lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-propjetà. Sal-lum il-KA għadha ma tistax tifhem għalfejn il-Gvern qed iżomm lura milli jagħmel dan. Din hija r-raba’ sena li l-KA qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u jniedi tali studju li jkollu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders kollha fit-tfassil tat-terms of reference…

  • Kompli aqra »

Sejħa kbira għad-demm

  • Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa kbira għad-demm biex ir-riserva baxxa ta’ bħalissa titla’ kemm jista’ jkun malajr. Għaldaqstant dawk li jgawdu saħħithom huma ġentilment mitluba biex jersqu u jagħtu d-demm, possibbilment illum, għada, jew nhar il-Ħadd.

    B’rabta ma’ din is-sejħa tajjeb li wieħed ifakkar li Servizz ta’ Saħħa tajjeb jiddependi wkoll minn riserva suffiċjenti ta’ demm, li tforni l-ħtiġijiet kbar fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin…

  • Kompli aqra »

Kull wieħed u waħda minna kellu l-privileġġ li jkollu għalliema li saru parti mis-sinsla tiegħu – L-Arċisqof

  • L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza waqt il-ftuħ tal-uffiċini l-ġodda tal-Malta Union of Teachers (MUT), fil-Ħamrun. Waqt l-inawgurazzjoni tkellmu wkoll l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-President tal-MUT Marco Bonnici.

    Wara l-Arċisqof żar il-wirja tal-arti viżiva li hemm għaddejja bħalissa fl-uffiċċini. Din ittellgħet wara li saret sejħa għal xogħlijiet mill-artisti u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Ottubru. 

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    Ippermettuli nuża din l-opportunità biex insellem lil-Onor…

  • Kompli aqra »

Il-kariżmi fi ħdan il-Knisja komunjoni

L-Isqof Joseph Galea-Curmi jindirizza seminar forum għall-għaqdiet u movimenti, MCYN u l-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali (PFI)

  • Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Kurja tal-Arċisqof
    28 ta’ Settembru 2019

    Fis-seminar tas-16 ta’ Marzu 2019, fuq is-sinodalità fil-Knisja, f’punt nru 5 (mill-10 punti) tkellimt dwar is-sinodalità li tfisser valorizzazzjoni tal-kariżmi, parteċipazzjoni, korresponsabbiltà:

    “Karatteristika ta’ dan l-istil ta’ Knisja hi l-valorizzazzjoni tal-kariżmi li l-Ispirtu jagħti skont il-vokazzjoni u r-rwol ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tiegħu, permezz ta’ dinamiżmu ta’ korresponsabbiltà…

  • Kompli aqra »

Restawrata l-pittura fl-apside tal-Katidral tal-Imdina

  • Tlesta x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il‑pittura fl‑apside tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, li sar mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett b’investiment ta’ €70,000 ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi.

    Il‑pittura li ġiet irrestawrata kienet ikkummissjonata lil Mattia Preti fl‑1688 u saret fuq il‑ħajt tal‑knisja l‑antika, jiġifieri dik li kien hemm qabel it‑terremot tal‑1693…

  • Kompli aqra »