Tag Archives: .home2

Imħabba vera u rispett sinċier lejn il-Ħolqien

Sommarju tal-istqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA)

  • Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tefgħet l‑lenti tagħha fuq xi eżempji ta’ greenwashing li rat iseħħu f’pajjiżna matul is‑16‑il sena li ilha mwaqqfa. Greenwashing isir meta xi ħadd bi kliemu jagħti l‑impressjoni li qed iħares l‑ambjent, meta fil‑verità jkun qed jagħmel xort’oħra. Il‑KA hi kritika ħafna tal‑mod kif dikjarazzjonijiet pubbliċi jippruvaw jiksbu kredibbiltà billi jiddikjaraw li deċiżjonijiet li se jittieħdu huma bbażati fuq studji xjentifiċi li, ħafna drabi, qatt ma jkunu ppubblikati u disponibbli għall‑iskrutinju pubbliku…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Galea-Curmi jiltaqa’ mal-edukaturi l-ġodda tal-iskejjel tal-Knisja

Bidu tas-Sena Skolastika 2019-2020 fl-iskejjel tal-Knisja

  • Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. L‑Isqof rringrazzja lill‑għalliema u wera l‑apprezzament tal‑Knisja f’Malta għall‑ħidma tagħhom. Hu stedinhom biex fis‑servizz li jagħtu jgħaqqdu flimkien żewġ aspetti importanti: il‑professjonalità u x‑xhieda ta’ ħajja Nisranija. Hu qal li l‑edukazzjoni fl‑iskejjel tal‑Knisja għandha tkun sostnuta bil‑valuri tal‑Evanġelju u tgħin lill‑istudenti biex ikollhom l‑għeruq tagħhom f’dawn il‑valuri…

  • Kompli aqra »

Komunikazzjoni mill-Provinċja Agostinjana Maltija dwar il-festa ta’ Santu Wistin

  • Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti, ġie deċiż li ċ-ċelebrazzjonijiet esterni marbuta mal-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta fil-jiem li ġejjin, jitħassru.

    Il-funzjonijiet liturġiċi fil-knisja ser ikomplu kif ippjanat jiġifieri llum u għada, 19 u 20 ta’ Settembru, ikunu jiem tat-tridu bil-funzjoni tibda fis-6.30pm. Is-Sibt 21 ta’ Settembru, filgħaxija ssir il-Quddiesa Solenni fis-6.30pm. Nhar il-Ħadd il-Quddiesa tkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd jiġifieri fis-7am, fid-9.30am, fil-10.45am u fis-7.15pm…

  • Kompli aqra »

Stqarrija dwar Patri Deo Debono OSA

  • Bi qbil mal‑Provinċjal tal‑Patrijiet Agostinjani, Patri Leslie Gatt, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda li Patri Deo Debono, Agostinjan, ma jibqax kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, u ma jeżerċitax il‑ministeru saċerdotali fil‑pubbliku sakemm jibqgħu pendenti l‑investigazzjonijiet tal‑pulizija u kwalunkwe proċedura quddiem il‑Qrati Ċivili. Dan b’rabta mal‑allegazzjonijiet li ġew irrappurtati fil‑media fil‑konfront tal‑istess patri.

  • Kompli aqra »

Bord ġdid għall-istitut Discern

  • Dr Sue Vella, maħtura bħala ċ-chairperson ta’ Discern

    L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dr Sue Vella bħala chairperson ta’ Discern, l‑istitut tal‑Knisja għar‑Riċerka tas‑Sinjali taż‑Żminijiet.

    Dr Vella hija senior lecturer fil‑Fakultà għat‑Tisħiħ tas‑Soċjetà u membru fid‑Dipartiment tal‑Politika Soċjali u Ħidma Soċjali tal‑Università ta’ Malta. Hija wkoll membru fuq bord ta’ NGO u ta’ kumpanija privata…

  • Kompli aqra »

Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-Papa Franġisku

Iddiskutew fost l-oħrajn il-ħarsien tal-ambjent u l-immigrazzjoni

  • Today Pope Father Francis received in audience the President of Malta, George Vella, who subsequently met with His Eminence Cardinal Secretary of State, Pietro Parolin, accompanied by Mgr. Antoine Camilleri, under-Secretary for Relations with States.

    During the discussions, which took place in a cordial atmosphere, satisfaction was expressed for the good state of relations between Malta and the Holy See, and emphasis was placed on the importance of religious values in the culture and life of the Maltese people, highlighting the contribution of the Catholic Church in the field of education…

  • Kompli aqra »

Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali jiċċelebraw il-Kapitlu Provinċjali

  • Bejn id-9 u t-13 ta’ Settembru, il-Provinċja Maltija ta’ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali ċċelebrat it-30 Kapitlu Provinċjali Ordinarju fiċ-Ċentru Kulturali Franġiskan, Birkirkara.

    Matul il-ġimgħa tal-Kapitlu l-patrijiet talbu flimkien u rriflettew dwar il-ħajja tal-Provinċja. F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni Patri Carlos Alberto Trovarelli u fil-preżenza tal-Assistent Ġenerali Patri Giovanni Voltan, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u tal-Kunsill tiegħu…

  • Kompli aqra »

Open Weekend għall-Mużew tal-Katidral tal-Imdina

  • The Mdina Cathedral Museum is a unique and eclectic museum dealing with Maltese identity over the ages. Housed in the magnificent baroque palace on the right hand side of the Mdina Cathedral, it used to serve as the first purpose-built seminary. Amongst the museum’s priceless collections one finds a complete collection of original Albrecht Dürer prints; a fine picture gallery; ecclesiastical and household silver, including the Apostolato of 15 silver statues, once at risk of being lost to plunder during French occupation; furniture found in period Maltese households; a reconstruction of the 1486 choir stalls; the late medieval retable of St Paul, once the main altarpiece of Mdina’s medieval cathedral; and a numismatic hall, which includes a particularly stout collection of coins of antiquity…

  • Kompli aqra »

Kunsill Ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Il-Kunsill il-ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann għas-sena bejn l-2019 u l-2020 jilqa’ fih lis-Sur Wilfrid Buttigieg, President tal-Fondazzjoni (ċentru), u (mix-xellug) lil Dr Philip Farrugia Randon, Monsinjur Louis Camilleri, Dr Ray Bondin, u Monsinjur Victor Zammit McKeon, li magħhom ingħaqad ukoll Monsinjur Prof. Emanuel Agius, bħala membru ġdid tal-Kunsill. Is-Sur Joe Gerada (fuq il-Lemin) huwa s-Segretarju tal-Kunsill.
    Il-membri tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann huma responsabbli ta’ dan it-teżor internazzjonali…

  • Kompli aqra »