Għalfejn għandna nitolbu u nfaħħru l-Alla permezz tal-kant, talb u affarijiet oħra? Ian ser jiddiskuti din it-tema ma Joseph Maggi, li hu l-Worship leader tal-komunita’ Marana Tha’. X’għandu bżonn li wieħed jaghmel biex jersaq iżjed lejn Ġesu’? Kirsten u xi uhud mill-membri zgħar tal-komunita’ ser joffru reċa u żifna li żgur li t-telespettaturi zgħar tagħna ser jiggustaw.Is-sorijiet flimkien mal-voluntiera tal-Missjoni tal-Karita’ ta Mother Theresa ukoll jgħidulna kif huma jaraw Wiċċ Ġesu’ f’dak li jagħmlu mat- tfal u ż-żgħażagħ li jmorru għandhom.