L-għan ta kull nisrani kull fejn jinsab hu li jgħix kif għix Sidna Gesu Kristu. Kemm tkun ħaga sabiħa li kull fejn inkunu aħna bħala nsara nwasslu dan il-messaġġ. Fl-aħħar mill-aħħar il-Knisja trid tfittex li tħalli lil Ġesu jibqa jaħdem permezz tagħha fid-dinja.
Noel Mifsud u Daniela Cassar huma l-mistiedna ta Ian Diacono fil-programm tal-llum. Huma ser jgħinuna nagħrfu rwol partikolari li kull nisrani għandu jkollu – dik li tevanġelizza – li titkellem dwar Ġesu u xxandar il-kelma tiegħu… filwaqt li tgħix dak li temmen. Reċta ħelwa ħafna juri li l-Komunikkazzjoni bejn il-koppja hija ferm important biex tnaqqas ħafna glied u nkomprensjonijet. Testimonjanza ta’ fejqan minn Fr Claude Portelli, kappillan ta’ San Ġiljan, ser tħeġġeġna nersqu izjed lejn Ġesu u nkabbru l-fidi tagħna fiĦ. Dr John Bonnici Mallia wkoll f’dan il program ser jaqsam kemm hu important li nfittxu l-Wiċċ ta’ Ġesu ma kull min niltaqaw miegħu.
Dan kollu u ħafna aktar ser ikun ippreżentat fuq il-programm ta din il-ġimgħa fuq NET TV fit-8.30 p.m.