• ***

    Direttur: Steve Martino

    Ilħna: Noah Schnapp, Hadley Belle Miller, Mariel Sheets, Alex Garfin, Francesca Angelucci Capaldi, Noah Johnston u Venus Omega Schultheis

    Ħin tal-film: 93 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: U

    Mal-wasla ta’ tifla b’xagħra aħmar fl-inħawi fejn joqgħod Charlie Brown,  Charlie mill-ewwel idub għal warajh. Iżda l-fatt li hu xejn ma kien fortunat,  beda jibża’ li din it-tifla lanqas biss tibda tagħti kasu. Lucy tħeġġu biex ikun iktar assertiv u kunfidenti. Fuq dan il-parir, Charlie jiddeċiedi li jipprova numru ta’ ħidmiet biex b’hekk jiġbed l-attenzjoni ta’ din it-tifla. L-ewwel attentat kien li jieħu sehem fis-spettaklu ta’ talent fl-iskola stess  u dan kien sejjer jagħmlu billi juża l-maġija. Snoopy kien sejjer  ikun hemm biex jgħinu. Sfortunatament meta oħtu Sally li wkoll kienet qegħda tieħu sehem,  xejn ma marret tajjeb Charlie daħal  biex jgħinha, iżda b’xorti għalih jumilja ruħu quddiem kulħadd.  Għat-tieni attentat tiegħu, Charlie jipprova ż-żfin iżda anke hawn ikun diżastru. X’jiġri meta Charlie jiġi mqabbad biex flimkien mat-tifla b’xagħra aħmar jikteb rapport?  B’xorti ħażina anke hawn, it-tifla kellha tfalli l-iskola għal ġimgħa minħabba mard fil-familja. Ma kienx hemm x’jagħmel u għalhekk iddeċieda li biex jimpressjona lit-tifla għal meta terġa’ tiġi,  jagħmel rapport hu, fuq il-ktieb famuż:  War and Peace. Fl-istess waqt,  Charlie ġġib l-iktar marki fost sħabu b’riżultat li jerġa jikseb popolarita’ fost sħabu. Iżda anke hawn, Charlie xejn ma kellu  fortuna għaliex inststab wara, li l-marki li ġab ma kienux fil-fatt tiegħu,  iżda ta’ Peppermint Patty. Għal darb’oħra, Charlie jerġa’ jitlef il-popolarita’ li kien kiseb. X’jista’ jsir biex wara kollox, Charlie jikseb xi forma ta’ suċċess u hekk jirbaħ id it-tifla ta’ xagħra aħmar?

    Film Amerika bi 3D, animat u komputeriżat minn Blue Sky Studios u msejjes fuq rakkont umoristiku tal-karattru ta’ Peanuts.  Il-film hu taħt id-direzzjoni ta’ Steve Martino u kitba ta’ Bryan Schulz u Cornelius Uliano. Film pożittiv ħafna li  juri l-karattru sabieħ ta’ Charlie fejn tidħol onesta’ u ġenerożita’.