• Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.

    Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru 2015, fil-11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat u l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. Link: www.youtube.com/knisjamalta.

    Il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra mal-ħabsin, il-Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u Radju Malta.

    Is-Sibt 26 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-familji, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana, u ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju Marija u fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Dakinhar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, u wara jsir pellegrinaġġ qasir lejn is-Santwarju fejn Monsinjur Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju RTK.

    Il-Ħamis 31 ta’ Diċembru, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ tmiem is-sena, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    Fl-1 ta’ Jannar 2016, fid-9.00 a.m., Monsijur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2, Net, One u F Living. 

    Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016, fid-9:15 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.