• Nhar is-Sibt li għadda mietet is-Soru Taljana Candida Bellotti, l-ixjeħ reliġjuża fid-dinja.

    Fi stqarrija, ħutha s-sorijiet qalu li “ħalliet din id-dinja b’serenità, l-istess serenità li għexet biha tul dawn il-110 snin ta’ ħajja”.

    Fl-20 ta’ Frar li għadda, Suor Candida Bellotti ċċelebrat l-aħħar għeluq sninha mdawra bl-Isqof ta’ Lucca, Mons.  Italo Castellani, is-Superjura Provinċjali Suor Giuliana Fracasso u s-sorijiet tal-kongregazzjoni.

    Suor Candida hi ta’ oriġini Veneta, min-naħa ta’ fuq tal-Italja, u l-ħidma vokazzjonali tagħha kienet tagħmilha fl-isptarijiet, fid-djar tal-anzjani u fid-djar tal-kura.

    Tul għomorha, Suor Candida rat jilħqu 10 papiet, sal-Papa Franġisku, li kellha x-xorti tiltaqa’ miegħu f’Ruma fl-2014, f’għeluq il-107 sena tagħha.