L-Appostli Franġiskani ta’ Ġesù u Marija, il-Couples for Christ u t-Tiġdid Kariżmatiku qed jingħaqdu flimkien biex jagħmlu esperjenza ta’ Pentekoste fid-dawl tas-sejħa li kien għamel l-Papa Ġwanni Pawlu II biex tinxtered il-kultura ta’ Pentekoste. Din hija stedina miftuħa għal kulħadd. Iċ-ċelebrazzjoni se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Mejju, 2012, fil-Knisja tal-Kapuċċini, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, bejn it-8:30 p.m. u l-11:30 p.m. Il-velja ta’ talb se tinkludi t-talba tar-ruzarju u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.