-
-
Il‑Via Sacra Djoċesana mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2018. Il‑Via Sacra tibda fis‑7:30pm minn ħdejn l‑istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il‑lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Fl‑okkażjoni tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑Żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan, l‑Arċisqof talab lil żgħażagħ minn gruppi differenti jħejju r‑riflessjonijiet tal‑Via Sacra.
L‑Insara kollha huma mistiedna u nkoraġġiti jattendu għal Via Sacra li ser issir lejlet it‑Tridu tal‑Għid li matulu l‑Knisja Universali tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.